Dwarna

Dipartiment tal-Kummerċ
Biex iffaċilita l-kummerċ filwaqt li tipprovdi l-infrastruttura neċessarja biex tirregola s-settur tal-Artiġjanat u tinkoraġġixxi s-sigurtà, l-utilizzazzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.
Id-Dipartiment tal-Kummerċ fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Il-Fondi Ewropej u L-Artijiet jikkonsisti mid-Direttorat tas-Servizzi Kummerċjali u l-Proġetti responsabbli għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni, id-Direttorat tar-Reġistrazzjonijiet tal-Propjetà Intellettwali responsabbli għar-reġistrazzjoni tat-Trademarks, Diżinni u l-Privattivi u mis-sezzjoni Tan-Negozji ż-Żgħar u l-Artiġjanat li jirreġistra l-Artiġjani lokali u hu responsabbli miċ-Ċentru SOLVIT għal Malta.
Glossary

Artiġjan
tfisser persuna li tkun taħdem fl-artiġjanat f’Malta u li taqla’ l-għajxien tagħha minn, jew tkattar il-qligħ tagħha minn dak l-artiġjanat jew li ġġib prova li tkun kapaċi tipproduċi prodotti tal-artiġjanat u għall-fini ta’ dan l-Att din għandha tkun ċittadin ta’ Malta jew ċittadin tal-Unjoni Ewropeali jkollha r-residenza formali tagħha f’Malta jew xi persuna oħra minn kwalunkwe pajjiż ieħor li jkollha l-permessi meħtieġa maħruġa mill-awtoritajiet relevanti sabiex ikollha residenza permanenti f’Malta u sabiex taħdem f’Malta fis-settur tal-artiġjanat

Intraprenditur tal-Artiġjanat
tfisser persuna li fin-negozju tagħha tkun l-aktar tixtri u tbigħ prodotti tal-artiġjanat maħduma f’Malta;

Artiġjanat
tfisser arti, ħila jew negozju dikjarati mill-Ministru bħala xi artiġjanat taħt l-artikolu 3 ta’ Kap 613 u mħaddma minn xi persuna jew persuni fil-manifattura ta’ prodotti tal-artiġjanatmaħduma minn artiġjani

Artiġjanat Malti
tfisser artiġjanat li ġeneralment jirrifletti t-tradizzjonijiet u l-patrimonju tal-Gżejjer Maltin.

Prodotti artiġjanali Maltin
tinkludi dawk il-prodotti maħduma għal kollox bl-idejn jew bl-għajnuna ta’ għodod tal-idejn jew ukoll mezzi mekkaniċi, sakemm il-kontribut dirett bl-idejn tal-artiġjan jibqa’ l-komponent l-aktar sostanzjali tal-prodott finali u tirreferi għal artiġjanat maħdum f’Malta

Ċertifikazzjoni
Ċertifikati jingħataw lil artiġjani reġistrati
